Waqt il-programm Awla fuq is-Super One, Il-Ministru Clyde Caruana prova juri li qed iwieġeb mistoqsijiet tan-nies dwar il-Budget – meta fil-verità, wieħed minn dawk fuq il-panel kien Christoph Caruana, li hu l-assistent tal-Ministru Clint Camilleri.
Christoph Caruana kien introdott bħala ġenitur u Għawdxi. U saħaq dwar l-importanza tal-konnettività.
Hu staqsa kif il-Gvern se jkun qiegħed jesplora biex Għawdex u Malta jkunu konnessi b’mod akar effiċjenti – dan meta hu stess, huwa parti mill-Ministeru t’Għawdex, li suppost diġa’ jaf it-tweġibiet għal dawn id-domandi.
Il-Ministru Clyde Caruana, stqarr li s-servizz tal-Fastferry ndara u jrid jitkompli b’aktar punti ta’ konnettivita, lejn il-Belt, Bugibba u Għawdex. U tenna li għadu qed jiġi kkunsidrat ir-raba’ vapur li għaddej ix-xogħol fuqu. H
awnhekk il-ministru naqas mill-jipprovdi d-data uffiċjali ta’ meta se jkun qed jibda jopera dan il-vapur.
Ta’ min isemmi li dan il-vapur ma ssemma mkien fil-budget għall-2026.
//= $special ?>

