Internazzjonali

L-Olanda: Elezzjonijiet missielta…fost pronostiku negattiv għal Wilders

Il-Partit tal-Ħelsien radikali tal-‘anti-Iżlamiku’ Geert Wilders kapaċi joħroġ iddiżappuntat mill-elezzjonijiet li qed isiru bħalissa fl-Olanda…Dan għaliex il-partit, anki f’każ ta’ rebħa, ftit jidher li għandu ċans li jifforma Gvern ġdid ‘il quddiem.

Geert Wilders kien kiseb rebħa konvinċenti f’Novembru tal-2023 u li kienet l-aħħar darba li ħareġ jivvota l-elettorat.

Iżda l-aħħar stħarriġ ta’ opinjoni qed juri li Wilders tilef mill-appoġġ li kien igawdi – bl-Olandiżi qed jiffaċċjaw sensiela ta’ kriżi; min-nuqqas kroniku ta’ housing saċ- ċentri ffullati bl-immigranti li qed ifittxu kenn politiku.

Dan ukoll waqt li l-għoli tal-ħajja qed tikber b’rata konsistenti – l-istess bħall-ispejjeż għall-familji fejn tidħol il-kura tas-saħħa.

Ir-rivali ta’ Wilders, kuntrarju għall-aħħar elezzjonijiet, din id-darba qed jirrifjutaw li jaħdmu miegħu wara li hu kien waqqa’ lill-Gvern ta’ koalizzjoni tiegħu stess, f’Ġunju li għada.

L-ewwel riżultati joħorġu tard matul il-lejl u anki f’każ li l-partit ta’ Wilders jikseb l-akbar appoġġ, il-probabbiltà kbira hi li l-Gvern Olandiż li jmiss għandu jkun iffurmat minn partit lemin taċ-ċentru inkella minn xi entità moderata tax-xellug.