Lokali

Mohammad Qadoos u ibnu Ayan huma ż-żewġ persuni li mietu fir-Ramla l-Ħamra

Mohammad Qadoos ta’ 37 sena u ibnu ta’ Ayan ta’ 11-il sena, huma ż-żewġ Ingliżi li mietu wara li sabu ruħhom f’diffikultà waqt li kienu qegħdin jgħumu fir-Ramla l-Ħamra, Għawdex.

It-tifel miet fis-27 ta Ottubru, propju fil-jum li seħħ l-inċident, filwaqt li missieru nstab bla ħajja l-Erbgħa filgħodu wara tfittxijiet intensivi li saru mill-Forzi Armati ta’ Malta u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

ll-Maġistrat Jean Paul Grech qed imexxi inkjesta dwar din it-traġedja… hekk kif jidher li din il-familja Ingliża kienet fl-aħħar jum tal-btala tagħha f’Malta meta seħħ il-każ.

L-investigazzjonijiet minn naħa tal-Pulizija għadhom għaddejjin.