Fi PROFILI llejla se nkunu qed niltaqgħu ma’ Stephanie Chircop, persuna li spiss rajniha fuq Net TV, iżda llejla fi PROFILI se nkunu qed niddiskutu ħajjet il-profil.
L-imħabba lejn iż-żfin u l-volleyball, kif ukoll l-ewwel passi tagħha fix-xandir huma fażijiet importanti ħafna għall-profil, iżda magħha se nkunu qed nitkellmu wkoll dwar esperjenzi li sawru mhux ftit ħajjet Stephanie. Ir-rakkont se jeħodna għall-ewwel wild tagħha u kif ukoll esperjenzi oħra tal-ħajja li f’mumenti kienu ta’ ostaklu f’ħajjet il-profil.
Sena wara li kelli [lit-tifla] lill-kbira, mort u rbaħt it-tournament taż-żfin
Il-karattru ta’ perseveranza tal-profil se jkun qed jara aktar dawl illejla fir-rakkont u d-diskussjoni ta’ matul il-programm.
PROFILI għandu l-produzzjoni u l-preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, u l-programm tal-lejla għandu muntaġġ ta’ Elisa Battistino.

Wieħed jista’ jsegwi l-episodji kollha ta’ ‘PROFILI’ fuq YouTube jew anki wħud mill-episodji fuq Spotify.
//= $special ?>

