Sport

Qormi Daikin dominanti

Qormi Daikin komplew bis-serje ta’ riżultati pożittivi f’dan il-bidu tal-istaġun meta fil-Kumpless tal-Hockey f’Kordin iddominaw il-konfront tagħhom miċ-Challenge Cup tal-Hockey wara li rebħu bl-iskor kbir ta’ 10-0 kontra White Hart.

Kif jindika l-iskor, it-tim immexxi minn Andre Ghio iddomina għal kollox il-partita b’White Hart kostretti li jiddefendu kif setgħu.

Luke Bajada, li għadu kif ġie ppremjat bħala l-plejer tas-sena għall-istaġun li għadda, skorja tliet gowls filwaqt li Luke Bajada, Steve Tanti u Kyle Micallef skorjaw żewġ gowls kull wieħed. Keith Calleja, Tommy Kok u Ayrton Falzon skorjaw il-bqija tal-gowls għal Qormi.

Fil-klassifika, GREE Żurrieq Wolves Hotsticks u Qormi Daikin għandhom żewġ punti kull wieħed filwaqt li Floriana Young Stars u White Hart m’għandhom l-ebda punt.