Rebħa komda għal Inter fuq Fiorentina bl-iskor ta’ 3-0, liema rebħa tħallihom fit-tielet post tal-klassifika bi 18-il punt. Huma fetħu l-iskor fis-66 minuta b’gowl ta’ Hakan Calhanoglu, b’Petar Sucic jirdoppja ħames minuti. It-tielet gowl wasal fid-90 minuta minn penalty mogħti u skorjat minn Hakan Calhanoglu.
Fl-Allianz Stadium xi ftit tan-nifs għal Juventus wara li neħħew lill-kowċ Tudor meta għelbu lil Udinese 3-1. Huma fetħu l-iskor wara ħames minuti meta kien Dusan Vlahovic li mill-ħdax-il metru ma żbaljax għal 1-0. Udinese kisbu l-gowl tad-draw fil-ħin mogħti żejjed tal-ewwel taqsima permezz ta’ Nicolo Zaniolo. Juventus mill-ġdid fil-vantaġġ fis-67 minuta meta Andrea Cambiaso sab lil Federico Gatti li kkonkluda fix-xibka, qabel kien Kenan Yildiz, li fis-96 minuta, mill-ħdax-il metru inkariga ruħu u xeħet fix-xibka għal 3-1.
Roma wkoll kisbu rebħa ta’ 2-1 fuq Parma, bil-gowls jaslu minn Hermoso u Dovbyk, u Circati jiskorja għal Parma.
Riżultati: Roma v Parma 2-1, Como 1907 v H.Verona 3-1, Juventus v Udinese 3-1, Bologna v Torino 0-0, Genoa v Cremonese 0-2, Inter v Fiorentina 3-1
//= $special ?>

