Il-bieraħ filgħaxija kienet lejla memorabbli għal żewġ plejers Maltin li qed jagħmlu isem għalihom u għal pajjiżna fil-Ligue 2 ta’ Franza. Il-plejers internazzjonali Teddy Teuma u Irvin Cardona t-tnejn skorjaw għall-klabbs rispettivi tagħhom, Reims u Saint-Étienne, u wasslu lit-timijiet tagħhom għal rebħiet kbar.
Reims reġgħu lura għar-rebħ b’wirja mill-aqwa u dominanti ta’ 6–2 kontra Boulogne. Reims kien qed jilagħbu barra minn darhom u Teuma reġa’ kien inkluż fil-formazzjoni inizjali tal-kowċ Karel Geraerts. Il-midfielder Malti lagħab għal 66 minuta u skorja wieħed mis-sitt gowls ta’ Reims, meta sab ix-xibka fit-32 minuta. Dan ir-riżultat impressjonanti jtellà lil Reims fil-ħames post tal-klassifika ta’ Ligue 2.
Sadanittant, Saint-Étienne reġgħu lura għar-rebħ wara żewġ telfiet konsekuttivi b’rebħa kbira ta’ 6–0 f’darhom kontra Pau. Cardona, li reġa’ rebaħ postu fil-formazzjoni inizjali ta’ Eirik Horneland, lagħab għal 67 minuta u skorja t-tieni gowl tat-tim tiegħu fl-11-il minuta. Il-gowl tal-attakkant Malti kien it-tielet wieħed tiegħu f’dan l-istaġun tal-Ligue 2, u għen lil Saint-Étienne iżommu posthom fit-tieni post tal-klassifika.
Tabilħaqq li lbieraħ kienet lejla li ż-żewġ plejers internazzjonali Maltin se jibqgħu jiftakru, hekk kif kemm Teuma kif ukoll Cardona komplew juru l-kwalità tagħhom fit-Tieni Diviżjoni Franċiża.
//= $special ?>

