Matul din is-sena nħarġu 544 ċitazzjoni f’Ħ’Attard u 222 ċitazzjoni oħra fil-Mosta minn uffiċjali ta’ Transport Malta – total ta’ 766 ċitazzjoni minn uffiċjali ta’ Transport Malta.
In-numru ta’ ċitazzjonijiet li nħarġu dis-sena minn uffiċjali ta’ Transport Malta f’Ħ’Attard u fil-Mosta ngħata fil-Parlament minn Chris Bonett, il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi; għal mistoqsijiet tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.
//= $special ?>

