Budget 2026 Lokali

Budget li nesa l-problema kbira ta’ differenza fil-pagi

Waħda mill-ikbar sfidi li pajjiżna qiegħed jaffaċċja hija l-isfida tal-gender segregation – fi kliem sempliċi li n-nisa huma iktar rappreżentati f’impjiegi li jħallsu inqas u inqas rappreżentati fi mpjiegi li jħalsu tajjeb ħafna.

Ix-Shadow Minister Ryan Callus, tkellem dwar dan waqt konferenza organizzata minn SD4EU – Social Dialogue for a union of equality dwar ħlas ugwali bejn il-generi, bit-tilu Equal Pay and Gender Pay Gap.

Hu fisser li din il-problema tal-gender segregation fil-post tax-xogħol hija l-iktar evidenti fis-settur tal-manifattura u r-real estate li huwa rappreżentat fil-maġġoraza tiegħu mill-irġiel.

Callus tefa’ dawl ukoll fuq kif bosta nisa wara li jkollhom tarbija jagħżu li ma jibqgħux jaħdmu 40 siegħa fil-ġimgħa biex ikunu jistgħu ilaħħqu mal-familja.

Ix-Shadow Minister, sostna wkoll li hemm bżonn iktar infurzar, dwar il-gender pay gap hekk kif f’sena kien hemm rapport wieħed biss dwar ħlas inugwali bejn il-ġeneri.

Ryan Callus semma’ wkoll id-diversi proposti li ressaq il-Partit Nazzjonalista dwar il-work life balance fosthom għal studju dwar il-4 day week. U kif il-Partit Nazzjonalista qed jitlob biex il-maternity leave jiżdied minn 18-il ġimgħa għal 24 ġimgħa u l-paternal leave jiżdied minn 8 ġimgħat għal 18-il ġimgħa b’paga medja imħalsa mill-gvern.

Proposti li fl-ebda ħin ma kienu imsemmija fil-Budget li ġie preżentat it-Tnejn mill-Ministru Clyde Caruana.