Fl-iskola Giovani Curmi Higher Secondary ittelgħet fiera oħra tal-karrieri fis-settur tas-Saħħa, fejn diversi studenti minn skejjel sekondarji setgħu jiltaqgħu ma’ rappreżentanti minn oqsma differenti tas-settur.
Din kienet it-tielet edizzjoni ta’ din il-fiera fejn l-ewwel waħda itelgħet sena ilu u iktar kmieni din is-sena ittelgħet waħda fl-iskola tar-Rabat Għawdex. B’kollox din il-fiera kienet tinkludi, iktar minn 25 rappreżentant fil-qasam tas-Saħħa, kif spjegat Mirren Maoheny, direttur ġenerali tal-human resources fil-Ministeru tas-Saħħa u l-Anzjanita Attiva.
Bosta studenti setgħu jitkellmu ma’ dawn ir-rappreżenanti u l-professjonisti biex jifhmu aħjar id-diversi oqsma differenti f’dan is-settur. Dwar dan tkellmet l-għalliema Christabelle Fenech.
Għal din il-fiera kien hemm raprentanti mil-Fakulta tad-Dentistrija fl-Università ta’ Malta li kienu qed jagħmlu dental check-ups lill-istudenti tal-higher secondary u l-letturi.
Dan flimkien ma’ rapreżentanti mil-Medical Laboratry Science, illi essebixew il-mikroskopju u kampjuni tad-demm, kif ukoll organi oħra li fuqhom jistgħu jistudjaw l-istudenti.
Preżenti kien hemm wkoll rappreżentanti mid-dipartiment tal-emerġenzja, spiżjara u anka rapreżentanti u studenti mill-psychiatric nursing.
In-numru tal-emerġnza tas-saħħa mentali huwa: 1579
//= $special ?>
