Minkejja l-appelli tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg, biex il-Gvern Laburista ma jibqax jinħeba wara l-iskuża taż-żieda lill-ħaddiema fis-settur pubbliku… dan huwa eżatt dak li għamel is-Segretarju Parlamentari Malcolm Paul Agius Galea meta mistoqsi jekk hu bħala Membru Parlamentari hux se jkun qed jieħu ż-żieda ta’ €1,700.
Bis-Segretarju Parlamentari jikkonferma wkoll li mhux se jkunu qed jirtiraw din iż-żieda. U baqa’ jinħeba wara l-fatt li l-ħaddiema tal-Gvern se jkunu qed jieħdu żieda wkoll – minkejja li din iż-żieda żgur mhux se tkun waħda massiva ta’ €1,700.
Is-Segreatrju Parlamentari Malcolm Paul Agius Galea ma qal xejn dwar il-fatt li il-kumplament tal-poplu Malti u Għawdxi kollu se jkun qed jieħu inqas minn ħames ewro żieda – u stqarr biss li dan huwa ġust.
Dan b’differenza għall-kliem u l-aġir tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg li mal-ewwel ħa pożizzjoni ċara favur iċ-ċittadin.
//= $special ?>
