Wara li l-Gvern qabad u għalaq triq ewlenija f’Ħal Qormi mingħajr avviż, diversi sewwieqa spiċċaw imweħlin f’konġestjoni enormi ta’ traffiku – sitwazzjoni li eskalat sew fl-aħħar jumejn.
Kollox beda wara l-għeluq ta’ Triq il-Belt Valletta, mingħajr ħadd ma ġie infurmat.
B’riżultat ta’ dan, ħafna sewwieq spiċċaw maqbuda għal ħin twil fiċ-ċentru ta’ Ħal Qormi. B’raġel partikolari jirrimarka li qatta’ 40 minuta fl-istess triq qabel ma ħareġ mill-qalba tar-raħal.
“L-aqwa Budget fl-istorja ħalliena 40 minuta fit-traffiku”, kiteb dan ir-raġel.
Oħrajn insistew li din issa saret sitwazzjoni tassew frustranti, b’ħela ta’ ħin u ansjetà kbira – li qed taffetwa anke l-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol.
Kien hemm ukoll xi ħadd li fakkar lill-MEP Daniel Attard, li ried jara studju biex jiddeċiedi jekk żdiedx it-traffiku jew le.
//= $special ?>

