Internazzjonali

L-Uragan Melissa ħalla devastazzjoni totali

Il-Prim Ministru tal-Ġamajka, Andrew Holness qal li l-uragan Melissa ħalla devastazzjoni totali madwar il-gżira kollha, b’distruzzjoni ta’ djar, infrastruttura, zoni abitati li ġew mgħarrqa u persuni mejta.

Il-Prim Ministru kompla jgħid li 80-90 fil-mija tal-bjut sfaw meqruda, barra l-isptarijiet, libreriji, għasses tal-pulizija, djar qrib il-port u infrastruttura oħra.

Għoxrin mietu bl-għarqa fil-Haiti u ħamsa sfaw mejta fil-Ġamajka hekk kif l-Uragan baqa’ għaddej b’qawwa indeskrivibli. Kien hemm familji li spiċċaw fuq il-bjut mingħajr kurrent tal-elettriku.

Ir-Re Karlu tal-Ingilterra, li huwa l-Kap ta’ Stat tal-Ġamajka qal li ħassu inkwetat u qalbu sewda dwar il-ħsara li għamel l-uragan fil-Ġamajka u fil-gżira tal-Karibew.

L-uragan Melissa laħaq il-qawwa ta’ 4 – l-akbar wieħed fid-dinja din is-sena s’issa, u l-akbar li qatt laqgħat il-gżira tal-Karibew fl-istorja moderna.

Għal nazzjon li diġa jgħix f’theddida kontinwa tal-bidla fil-klima, dan l-uragan huwa theddida gravi.