Luciano Spalletti mistenni jkun żvelat bħala l-kowċ il-ġdid ta’ Juventus matul il-ġurnata ta’ għada. Il-midja fl-Italja qed tirrapporta li l-eks kowċ nazzjonali Taljan, dalgħodu wasal f’Continassa, fejn hemm iċ-ċentru ta’ taħriġ ta’ Juventus, sabiex jiltaqa’ mal-ogħla uffiċjali tal-klabb u jkun iffinalizzat il-ftehim ta’ bejniethom.
Skont dak li qed jiġi rra0purtat, Spalletti se jkun is-suċċussur ta’ Igor Tudor fit-tmexxija ta’ Juventus, b’kuntratt li se jkun qed jorbtu sa Ġunju 2026, u b’option li l-kuntratt tal-eks kowċ ta’ diversi klabbs fl-Italja, fosthom Roma, Inter u Napoli, jiġġedded għal altar staġuni fl-eventwalitá li fl-aħħar ta’ dan l-istaġun Juventus jiksbu post fil-UEFA Champions League tal-istaġun li ġej.
Għal Spalletti dan se jkun ritorn fit-tmexxija ta’ tim, wara li kien irreżenja minn kowċ nazzjonali tal-Italja, f’Ġunju li għadda.
//= $special ?>

