Il-PN fakkar il-memorja ta’ tliet ikoni tal-PN li se jibqgħu simbolu tal-istess partit – Gorg Borg Olivier, Nerik Mizzi u Fortunato Mizzi.
Waqt diskors li wassal fil-binja tal-AZAD fil-Belt Valletta, il-Kap tal-PN Alex Borg fakkar li l-Partit Nazzjonalista dejjem ġab l-interessi ta’ Malta u tal-poplu kollu l-ewwel. Huwa saħaq li matul is-snin il-Partit Nazzjonalista għamel kisbiet kbar għal Malta – fosthom il-kisba tal-Indipendenza u s-sħubija fl-Unjoni Ewropea. U l-Partit Nazzjonalista se jkompli fuq il-passi ta’ dawn il-personalitajiet storiċi; bir-rieda li jkompli jfassal politika għall-ġid tal-poplu kollu.

Minn naħa tiegħu, is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Charles Bonello qal li Ġorġ Borg Olivier, Nerik Mizzi u Fortunato Mizzi dejjem kienu determinati quddiem kull sfida li affaċċjaw fil-karriera politika tagħhom. Huwa saħaq li dawn l-ikoni tas-seklu l-ieħor daħlu fil-politika biex jagħtu servizz lill-poplu. U dan għandu jkun id-dover ta’ kull politiku anke ilum.

Intant, matul din is-serata diversi kelliema wasslu interventi fejn semmew rakkonti mill-istorja ta’ pajjiżna inkluz xi wħud li seħħew waqt il-Gwerra Dinjija. Bil-PN baqa’ jissaħħaħ matul is-snin ta’ wara, biex eventwalment wassal lil pajjiżna għall-kisba tal-Indipendenza.



