Lokali

‘The Mirror Never Lies’ – Ktieb li ġie ppreżentat lill-Kap tal-PN Alex Borg

Ritratt: Martin Agius

‘The Mirror Never Lies’. Ktieb ta’ riflessjoni personali, sabiex b’mod onest il-bniedem iħares lejn il-mera u jħares fl-isfond lil hinn minn dak li hemm barra. Dan il-ktieb, miktub mix-Shadow Minister Ivan J Bartolo ġie ppreżentat lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg, fl-ewwel preżentazzjoni uffiċjali li saret ta’ dan il-ktieb.

Ivan J Bartolo spjega li dan il-ktieb huwa intiż sabiex wieħed jifhem kemm hu importanti li jagħti 30 minuta lilu nnifsu sabiex jikber fil-profond. Fejn anke permezz ta’ ġrajjiet personali, jispjega li l-ħajja titfgħek f’kantunieri varji – li trid toħroġ minnhom. Dan il-ktieb jista’ jservi bħala gwida sabiex wieħed jibda t-triq tiegħu u jikber personalment.

Il-ktieb qed jinbiegħ hawn Malta, fir-Renju Unit u anke fl-Istati Uniti.

Wara kull kapitlu, wieħed jista’ jsib QR Code li jwassal għal website ta’ eżerċizzji sabiex dan il-proċess ikun ħolisitku.

Barra minn hekk, mal-ktieb hemm abbinata wkoll app għal fuq il-mobile.

Alex Borg awgura lix-Shadow Minister Ivan J Bartolo kull suċċess, u rringrazzjah tad-dedikazzjoni tiegħu sabiex iwassal l-importanza li nieħdu ħsieb lilna nfusna.