L-inċidenti tat-traffiku f’Malta u f’Għwdex fl-aħħar tliet snin żdiedu minn aktar minn 15,700 sa aktar minn 16.,600 – żieda totali fi tliet snin ta’ kważi 900 inċident tat-traffiku.
Jirriżulta li t-total ta’ inċidenti tat-traffiku fl-2022 kien hemm 15,711; fl-2023 16,410 u fl-2024 16,605.
Matul din is-sena sa Settembru 2025 saru b’kollox 11,407 inċident tat-traffiku.
Din iż-żieda fl-inċidenti tat-trafffiku tirriżulta minn tweġiba parlamentari ta’ Byron Camilleri, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol; għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ.
//= $special ?>

