In-numru ta’ fatalitajiet minħabba inċidenti tat-traffiku, mis-sena 2015 sal-aħħar ta’ Settembru 2025 – fl-aħħar 10 snin – żdied minn 11 fl-2015 għal 16 din is-sena sa Settembru li għadda, għal, total, ta’ 165 fatalità fl-aħħar 10 snin.
Minn tabella li preżenta fil-Parlament Byon Camilleri, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol; jirrriżulta li fl-2008 kien hemm 15-il inċidemt u 15-il vittma; fl-2009 16-il inċident u 21 fatalità; fl-2010 16-il każ u 16-il fatalità; fl-2011 18 il inċident u 18-il fatalità; fl-2012 għaxar inċident u 11-il fatalità; fl-2013 18-il inċidemt u 18-il fatalità; fl-2014 u fl-2015 11-inċident u 11-il fatalità fis-sena; fl-2016 23 fatalità u 23 inċident; fl-2017 17-il inċident iżda 19-il fatalità; fl-2018 ukoll 17-il inċident imma 18-il fatalità; fl-2019 15-il inċident u 16-il fatalità; fl-2020 12-il inċident u 12-il fatalità; fl-2021 9 inċidenti u 9; fl-2022 26 inċidenti u 26 fatalità; fl-2023 13-il inċident u 14-il fatalità; fl-2024 12-il każ u 12-il fatalità; u din is-sena sa Settembru diġà kellna 16-il inċident u 16-il fatalità.
Il-mistoqsija saret fil-Parlament mid-Deputat Graziella Attard Previ.
//= $special ?>


 
  
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		