Kien hemm 29 inċidenti tat-traffiku mill-2020 sal-aħħar ta’ Settembru li għadda li kienu jinvolvu minuri bħala xufiera.
Jirriżulta li fl-2020 kien hemm tmien inċidenti tat-traffiku li kienu jinvolvu minuri bħala xufiera; tlieta fl-2021 u tlieta oħra fl-2023 u ħames inċidenti fis-sena 2022, ħamsa oħra fl-2024 u l-istess ammont ta’ inċidenti s-sena li għaddiet.
Dan jirriżulta minn tweġiba parlamentari ta’ Byron Camilleri, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol; għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ.
//= $special ?>


 
  
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		