Kien hemm 13,101 blue badge holder sat-23 ta’ Ottubru ta’ din is-sena. Aktar minn 5,500 blue badge holder huma anzjani ‘l fuq minn 75 sena.
Jirrriżulta wkoll li hemm aktar minn elf fl-età sa 17-il sena li għandhom il-blue badge.
L-informazzjoni dwar il-blue badge holders u l-EU Disability Card ingħatat fil-Parlament minn Julia Farrugia, il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat għal mistoqsijiet tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Galea.
Hemm aktar minn 1,400 blue badge holder li huma fl-età bejn l-45 u d-59 sena.
Jirriżulta wkoll li hemm 19,801 persuna li għandhom l-EU Disability Card li aktar minn 9,200 huma anzjani ‘l fuq minn 75 sena.
//= $special ?>


 
  
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		