Għaxaq bdew b’vantaġġ sostanzjali iżda Żebbuġ dejjem naqqsu l-iskor. Fl-aħħar fażi tal-logħba eventwalment kienu Għaxaq li għalqu l-partita 21-12
Fi tmiem il-konfront, il-President tal-Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi CJ Saliba ppreżenta t-trofew lill-captain ta’ Għaxaq Sneijder Abela li flimkien ma’ Noah Prince Baldacchino kienu qed jikkompetu għal Ghaxaq immexxija mill-kowċ Noel Axiaq.
Min-naħa tagħhom, Ħaż-Żebbuġ kellhom lil Nathan Tabone, Derson Camilleri u Aiden Chetcuti. Il-kowċ kien Joseph Tabone.
Ir-referee tal-finali kien Redeemer Azzopardi.
//= $special ?>


 
  
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		