“Kieku nista’ ndawwar il-ħin u nara lili nnifsi ta’ 12-il sena, il-joint tal-kannabis sintetika ntajjarulu minn idejh. Kont qisni iffirmajt patt max-xitan”.
Kienet din id-dikjarazzjoni li għamel Aiden. Żgħażugħ illi ta’ tnax-il sena kien qabad triq ħażina u beda jagħmel użu mid-droga sintetika, li evetwalment wasslitu sabiex jibda l-użu tal-crack cocaine.
Aiden spjega illi wara l-programm ta’ rijabilitazzjoni li għamel mal-Caritas huwa reġa’ ingħata l-ħajja.
Iż-żgħażugħ, b’qalbu maqsuma, spjega li l-akbar dispjaċir li għandu hu li ma rnexxielux jiskuża ruħu ma’ missieru.
Huwa irringrazzja lil ħuħ li dejjem kien hemm għalih minkejja dak kollu li għadda lill-familja tiegħu minnu.
Aiden spjega li rnexxielu jieħu ħajtu lura bis-saħħa tal-Caritas, u bis-saħħa ta’ Dun Victor Grech.
Nhar is-Sibt l-1 ta’ Novembru, Caritas Malta se tkun qed iddur fuq il-ġenerożità tal-poplu Malti u Għawdxi f’Maratona Ġbir ta’ Fondi bit-tema ‘Jimpurtani. Maratona ta’ mħabba’ sabiex ikomplu jagħmlu differenza fil-ħajja ta’ dawk li tant għandhom bżonn u anke l-familji tagħhom.
Il-maratona se tkun qed tixxandar fuq l-istazzjonijiet lokali mill-11 ta’ filgħodu sal-11 ta’ filgħaxija.
//= $special ?>
