Futbol Sport

Id-Derby l-Antik fiċ-ċentru tal-attenzjoni fl-aħħar ġurnata tal-Opening Round League Phase

(Ritratti: Floriana FC, Sliema Wanderers FC)

gĦADAfis-Centenary Stadium, l-ewwel konfront bejn żewġ ġganti tal-futbol Malti hekk kif it-tnejn għandhom fil-mira tagħhom tlett punti li jafu jiswew ħafna għalihom dan l-istaġun. Floriana se jaffrontaw lil Sliema Wanderers fis-7pm, bil-Greens jirrikjedu tlett punti biex iżommu l-pass ma’ Valletta li jinsabu fl-ewwel post permezz tad-differenza fil-gowls, bil-Beltin imisshom jilagħbu kontra Żabbar St.Patricks, partita li t-tim mill-kapitali huwa l-favorit fiha, il-Ħadd fis-2pm fit-Tony Bezzina Stadium.

Minn naħa l-oħra, il-Wanderers għandhom bżonn tlett punti biex ikomplu tilgħin fil-klassifika u jersqu iżjed viċin ta’ Floriana u Valletta. Sliema diġa kkonfermati mal-ewwel sitta għall-Opening Round Group Phase, pero iżjed punti jfisser li se jitħlu għat-tieni parti tal-istaġun f’sitwazzjoni ħafna iżjed komda.

Minn naħa l-oħra, konfront jaħraq ieħor bejn Birkirkara u Ħamrun Spartans għada fis-7pm, fit-Tony Bezzina Stadium, hekk kif Birkirkara jaffrontaw lil Ħamrun Spartans bit-tama’ li jegħlbu ċ-champions attwali u jitħlu mal-ewwel sitta, għall-ispejjeż ta’ Hibernians li jibqgħu barra hekk kif il-Pawlisti kisbu 14-il punt, żewġ punti inqas Birikirkara. Hibernians jilagħbu għada stesss, fl-istess ħin pero fil-Victor Tedesco Stadium fil-Ħamrun, kontra Marsaxlokk.

Żewġ partiti oħra mill-11-il ġurnata. Tarxien Rainbows u Mosta jilagħbu kontra xulxin fit-Tony Bezzina Stadium il-Ħadd, fis-6:15pm. Żewġ timijiet li se jilagħbu fil-bottom six fir-rawnd li jmiss, madankollu, opporunità tajba għar-Rainbows biex jiksbu tlett punti u jimxu ftit il-fuq fil-klassifika, hekk kif bħalissa flimkien ma’ Naxxar Lions jinsabu fil-qiegħ b’ħames punti. Naxxar Lions jilagħbu kontra Gżira United it-Tnejn fis-6pm fit-Tony Bezzina Stadium.