Is-Sagrada Familia, f’Barċellona, saret uffiċjalment l-għola knisja fid-dinja, wara li tpoġġiet l-ewwel parti tas-salib fit-torri ċentrali. Ix-xogħol fuq din il-bażilika ilu għaddej għal aktar minn mitt sena u l-bini prinċipali mistenni li jkun lest is-sena d-dieħla.
L-ewwel ġebla tas-Sagrada Familia tpoġġiet fl-1882, bl-għajnuna tal-perit zgħażugħ Antoni Gaudi. Hu ħa l-proġett f’idejh sena wara u żviluppa il-proposta oriġinali fi proġett iktar ambizzjuz. Sfortunatament Gaudi miet għal arrieda fl-1926 meta kien diġa nbena wieħed mit-18 it-torri li kienu pjanati.
Inizjalment din il-knisja bdiet tinbena bid-donazzjonijiet tal-midinba li kkonvertew. Wara li miet Antoni Gaudi l-kostruzzjoni tal-knisja saret ir-responsabbilta’ tal-fondazzjoni Sagrada Familia, u baqgħu deħlin d-donazzjonijiet minn turisti, viżitaturi u donaturi privati.
It-torri ċentrali ta’ Ġesu’ Kristu se jkompli jogħla meta titwaħħal l-aħħar parti tas-salib, fi ftit xhur, u se jsir 172 metri għoli. Bħalissa l-bażilika Spanjola li hija twila162.91 metri, serrqet ir-rekord ta’ Ulm Minster fil-Ġermanja, li kienet l-għola knisja fid-dinja mill-1890.
//= $special ?>


 
  
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		