Internazzjonali

Il-Prinċep Andrew jitlef it-titlu ta’ ‘Prinċep’ fost allegazzjonijiet dwar il-konnessjonijiet ma’ Epstein

Il-Prinċep Andrew jitlef it-titlu ta’ ‘Prinċep’. Dan hekk kif it-titlu rjali tiegħu ta’ prinċep ġie rrevokat wara ġimgħat ta’ allegazzjonijiet dwar il-konnessjonijiet tiegħu mal-agressur sesswali u traffikant uman Jeffrey Epstein.

Intant Buckingham Palace saħaq li ħu r-Re Charles se jkun magħruf biss bħalissa bħala Andrew Mountbatten Windsor. 

Andrew, fil-bidu ta’ dan ix-xahar, kien ukoll irrevoka titoli rjali oħra, inkluż id-Duka ta’ York.

Min naħa tiegħu, Andrew dejjem ċaħad kwalunkwe allegazzjonijiet fil-konfront tiegħu dwar akkużi ta’ relazzjonijiet sesswali ma’ nies taħt l-età.