L-inflazzjoni annwali fiz-zona tal-euro mistennija tkun ta’ 2.1% f’Ottubru 2025, dan juri tnaqqis mit-2.2% li kien reġistrat f’Settembru.
Dan ħareġ minn stimi preliminari tal-Eurostat, l-uffiċċju statistiku tal-Unjoni Ewropea.
Meta wieħed iħares lejn il-komponenti ewlenin tal-inflazzjoni fiz-zona tal-euro, is-servizzi huma mistennija jkollhom l-ogħla rata annwali f’Ottubru (3.4%, meta mqabbla ma’ 3.2% f’Settembru), segwiti mill-ikel, alkoħol u tabakk (2.5%, meta mqabbla ma’ 3% f’Settembru), oġġetti industrijali mhux relatati mal-enerġija (0.6%, meta mqabbla ma’ 0.8% f’Settembru) u enerġija (-1%, meta mqabbla ma’ -0.4% f’Settembru).
Ir-rata tal-inflazzjoni f’Malta f’Ottubru kienet ta’ 2.4%, li hija rata ogħla mill-pajjiżi ġirien tagħna bħall-Ġermanja (2.3%), il-Greċja (1.7%), Franza (0.9%), lItalja (1.3%), Ċipru (0.3%), il-Portugal (2.0%), u l-Fillandja (1.5%).
//= $special ?>


 
  
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		