Futbol Sport

Ishmael Barbara elett bħala President ġdid tal-MFRA

Ishmael Barbara
Ishmael Barbara

Ir-referee Malti tal-FIFA, Ishmael Barbara kien elett bħala l-President il-ġdid tal-assoċjazzjoni tar-referees tal-futbol f’pajjiżna. Barbara kien elett waqt laqgħa Ġenerali Straordinarja tal-MFRA, li saret il-bieraħ fis-Centenary Hall.

Barbara b’hekk se jkun is-suċċessur ta’ Trustin Farrugia Cann, li għadu kemm irtira minn referee tal-FIFA, wara li kien elett Viċi President tal-MFA. Farrugia Cann kien ukoll il-President tal-MFRA, għalhekk kien hemm il-bżonn ta’ li tintela’ din il-kariga vakanti fl-assoċċjazzjoni li tirrapreżenta r-referees tal-futbol f’Malta, b’Barbara kien il-magħżul.

Fi stqarrija, l-MFRA rringrazzjat lil Farrugia Cann għall-kontribut li ta fil-qasam tar-refereeing t’pajjiżna, kif ukoll għat-tmexija u dedikazzjoni tiegħu. Fl-istess waqt ferħet lil Barbara għall-elezzjoni tiegħu. Il-MFRA tħares ’il quddiem biex tkompli taħdem fl-aħjar interess ta’ kull referee.