L-atleta Malti tal-ultra endurance Fabio Spiteri ser jerġa’ jiffaċċja t-tielet Deca UltraTriathlon tieghu. Din hija waħda mill-akbar sfidi ta’ reżistenza fid-dinja.
L-inizjattiva ta’ Spiteri tifforma parti minn Project 100, li għandu l-għan li jiġbor €100,000 għal shelters tal-annimali f’Malta u Għawdex. Il-fondi miġbura se jintużaw biex jixtru mediċini u ikel. Huwa bħalissa jinsab €25,000 ’il bogħod mil-mira tiegħu.

Id-Deca UltraTriathlon tkopri distanza straordinarja ta’ 2,260 kilometru — l-ekwivalenti ta’ għaxar triathlons fit-tul magħmulin waħda wara l-oħra. Il-parteċipanti jridu jgħumu 38 kilometru, isuqu 1,800 kilometru bir-roti, u jiġru 422 kilometru (għaxar maratoni) f’ġirja waħda kontinwa.
Din l-isfida ġdida tasal ftit xhur biss wara li Spiteri temm b’suċċess il-Bretzel Ultra Triathlon Deca f’Colmar, fi Franza, f’Ġunju li għadda, fejn spiċċa fit-tieni post u kiser ir-rekord nazzjonali preċedenti tiegħu b’31 siegħa, b’ħin ta’ 233 siegħa, 10 minuti u 25 sekonda.
Fi prova straordinarja ta’ reżistenza u determinazzjoni, issa se jerġa’ jiġri l-istess distanza għat-tielet darba f’temp ta’ sena, u ser jingħaqad ma’ madwar 30 atleta elite minn madwar id-dinja fit-Taiwan.
L-avveniment jibda fid-9 ta’ Novembru u din ser tkun l-ewwel darba li Deca UltraTriathlon qed issir fl-Asja bħala parti mis-serje tal-International Ultra Triathlon Association Grand Prix.
Novembru jagħti kondizzjonijiet ideali fit-Taiwan, bi temperaturi bejn 15–24°C, temp favorevoli ħafna għal sport ta’ distanza twila.

“Nispera li d-Deca fit-Taiwan tkun l-aħħar spinta meħtieġa biex nilħaq din il-mira,” qal Spiteri. “Dħalt f’ ħafna impenn u sagrifiċċju f’dawn it-triathlons, u nittama bis-sħiħ li dan l-isforz jħeġġeġ lin-nies jagħtu donazzjoni. Kull għajnuna tgħodd. Hemm ħafna nies f’Malta li jħobbu l-annimali u kienu ġenerużi ħafna fil-passat.”
Spiteri esprima wkoll ir-ringrazzjament tiegħu lill-isponsors li appoġġjawh mill-bidu nett, fosthom Royal Canin Malta, Cisk 0.0, Epic u Garmin Malta.
Donazzjonijiet għal Project 100 jistgħu jsiru permezz ta’ dawn il-kanali:
Revolut: +356 99816248
PayPal: rarmalta@gmail.com
https://paypal.me/RealAnimalRights?locale.x=en_US
Donazzjonijiet bl-SMS:
€2.33 | 50617312
€4.66 | 50618075
€6.99 | 50618923
€11.65 | 50619260
Bank Transfer – BOV IBAN:
MT40VALL22013000000050010082877


