Sport

It-tim nazzjonali tal-veterani dominanti fuq MNK Bol Brac

 Is-Selezzjoni tal-Malta Veterans Football Association kisbt rebħa ta’ 11-2 f’partita internazzjonali ta’ ħbiberija kontra MNK Bol Brac li ntlagħbet fil-grawnd tal-Mellieħa.

Kif jindika l-iskor il-Veterani Maltin iddominaw il-partita fejn sal-ewwel taqsima fetħu vantaġġ ta’ 6-0 . Hawnhekk spikka l-iskorer prolifiku Jean Pierre Mifsud Triganza li skorja erba’ gowls b’Ian Zammit u l-aqwa plejer tal-partita u Adam Smeir li skorjaw darbtejn kull wieħed. Daniel Cremona, Kevin Sammut u Gareth Magri skorjaw il-bqija tal-gowls.

It-tim immexxi minn Joe Micallef beda b’din il-formazzjoni: Clint Camilleri, Dylan Falzon, Jonathan Pearson, Daniel Scerri, Jonathan Bondin, Kevin Sammut, Chris Camilleri, Adam Smeir, Daniel Cremona, Jean Pierre Mifsud Triganza, Ian Zammit. Matul il-partita lagħbu wkoll Glenn Bonello, Gareth Magri u Ryan Darmanin.