Cagliari 1 Sassuolo 2
Bir-raba’ rebħa minn 9 partiti Sassuolo telgħu fid-disa’ post fil-klassifika bi 13-il punt daqs Atalanta. Cagliari b’din it-telfa baqgħu fl-14-il post b’ 9 punti.
0 – 0 fi tmiem l-ewwel taqsima. B’Sassuolo jkunu aktar fil-partita meta fl-54 minuta fetħu l-iskor permezz ta’ ARMAND LAURIENTE’ li għeleb lil Elia Caprile. Reazzjoni limitata minn Cagliari li fil-65 minuta sofrew it-tieni gowl. Minn azzjoni ta’ Cristian Volpato kien ANDREA PIENAMONTI li mill-ġdid għeleb lil Caprile.
Fit-73 minuta Cagliari daħlu fil-partita wara li minn azzjoni ta’ Mattia Felici kien SEBASTIANO ESPOSITO li għeleb lil Arijanet Muric għat 2 – 1 . Skor li biħ intemmet wkoll il-partita.
Pisa 0 Lazio 0
Minkejja li Lazio kellhom aktar pussess, Pisa żammew l-iskor intatt fejn Adrian Semper kien impenjat f’bosta azzjonijiet offensivi ta’ Lazio.
Riżultat li permezz tiegħu Lazio telgħu fil-11-il post bi 12 il-punt flimkien ma Udinese u Torino filwaqt li Pisa minkjejja l-punt mirbuħ xorta baqgħu fil-parti t’isfel tal-klassifika fis-17-il post b’5 punti daqs Verona.
//= $special ?>


 
  
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		