Sport Sport Ieħor

L-Amerikana Mayer isir champion tad-dinja f’tliet kategoriji tal-boxing femminili

Mikaela Mayer
Mikaela Mayer

Fil-Kanada, il-boxer femminili mill-Istati Uniti, Mikaela Mayer, kompliet tirbaħ aktar titli li jagħmluha champion tad-dinia f’diversi kategoriji oħra. L-aħħar suċċess ta’ Mayer, li għandha 35 sena, kien kontra Maty Spencer, meta b’wirja dominanti fil-Casino ta’ Montreal, fil-pajjiż mill-Amerika ta’ Fuq, hi saret iċ-champion tad-dinja tal-light middleweight.

Il-ġurija taw skor ta’ 100-90, 98-92 u 98-92 lil Mayer biex ħarġet rebbieħa kontra Spencer, b’din tal-aħħar kienet meqjusa bħala l-favorita li tirbaħ dan it-titlu bil-ġlieda ta’ bejnithom ħadet għaxar rawnds.

Mayer b’hekk kisbet it-titlu tal-WBA, wara li kienet diġa’ rebħet żewġ titli oħra li kienu vakanti, dawk tal-WBC u l-WBO, wara li kienet irtirat mix-xena internazzjonali tal-boxing, Cecilia Braekhus.

B’dan l-aħħar suċċess ta’ Mayer, li bejn l-2003 u l-2005 kienet tifforma parti mill-band tal-heavy metal, Lia-Fail, ir-rekord tagħha issa hu ta’ 22 rebħa u żewġ telfiet.