Matul ix-xahar ta’ Novembru l-Arċisqof ta’ Malta se jamministra s-sagrament tal-griżma tal-isqof fil-Kolleġġjata ta’ Marija Bambina fin-Naxxar; fil-Kolleġġjata Bażilika ta’ Sant’Elena f’Birkirkara; fil-Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu fi Fleur-de-Lys; fil-Knisja Arċipretali ta’ San Gejtanu fil-Ħamrun; u fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija f’Ħal Għaxaq.
Is-Sibt, 1 ta’ Novembru, fid-9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-festa tal-Qaddisin Kollha bis-sehem tal-membri tal-Azzjoni Kattolika Maltija fil-Konkatidral, San Ġwann fil-Belt Valletta. Dakinhar jitfakkar ukoll il-75 sena mid-Domma tat-Tlugħ fis-Sema tal-Imqaddsa Verġni Marija Assunta.
Il-Ħadd 2 ta’ Novembru, fid-9:30am, fit-Tifkira tal-Mejtin, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-Ġublew ta’ dawk li tilfu li xi ħadd għażiż, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Marija Annunzjata f’Ħal Balzan; u t-Tlieta 4 ta’ Novembru, fis-6pm, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa b’suffraġju tal-isqfijiet, monsinjuri, saċerdoti u reliġjużi mejtin fil-Katidral Metropolitan ta’ San Pawl fl-Imdina.
L-Arċisqof se jiċċelebra quddiesa fil-25 sena mill-ftuħ tal-ewwel xelter tat-tieni stadju, li jilqa’ nisa u tfal li qed jaħarbu mill-vjolenza, nhar il-Ġimgħa 7 ta’ Novembru, fil-5pm, u l-Ħadd 9 ta’ Novembru, fid-9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa f’Jum it-Tifkira fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta.
It-Tnejn 10 ta’ Novembru, fis-6:30pm, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa ta’ radd il-ħajr mal-gradwati ġodda tal-Università ta’ Malta fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta u l-Ħamis 13 ta’ Novembru mal-gradwati ġodda tal-MCAST.
Fil-Ġublew tal-Katekisti, l-Erbgħa 12 ta’ Novembru, fis-6:30pm, l-Arċisqof flimkien mal-katekisti jmexxi mument ta’ talb, riflessjoni u testimonjanzi ta’ esperjenzi kateketiċi, fl-Awditorju tas-Soċjetà tal-MUSEUM fil-Blata l-Bajda u l-Ħadd 16 ta’ Novembru, fid-9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-Knisja Parrokkjali tal-Konverżjoni ta’ San Pawl f’Ħal Safi.
It-Tnejn 17 ta’ Novembru, fil-5:30pm, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa u jagħti l-Ministeru tal-Akkolitat lil seminarista fil-kappella tas-Seminarju tal-Arċisqof f’Tal-Virtù fir-Rabat u l-Ġimgħa 21 ta’ Novembru, fid-9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-225 sena mit-twaqqif tas-Soċjetà tas-Sorijiet tas-Sacred Heart fil-Kulleġġ Sacred Heart f’San Ġiljan.
Is-Sibt 22 ta’ Novembru, fis-6:30pm, l-Arċisqof imexxi l-Ġublew taż-Żgħażagħ fil-Kulleġġ Sacred Heart f’San Ġiljan, f’ħin ta’ talb u djalogu magħhom; u l-Ħadd 23 ta’ Novembru, fid-9am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fis-Solennità ta’ Kristu Re u jqiegħed kuruna fuq ras l-istatwa ta’ Kristu Sultan, fil-Bażilika ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid. Fil-5pm fiċ-ċelebrazzjoni djoċesana ta’ Kristu Re, l-Arċisqof imexxi l-Għasar u jagħti l-barka sagramentali, ukoll fil-Bażilika Kristu Re f’Raħal il-Ġdid.
It-Tnejn 24 ta’ Novembru, fis-6pm, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-25 sena ta’ ħajja reliġjuża ta’ Sr Esther tat-Trinità Qaddisa fil-Monasteru Karmelitan Ommna Qaddisa fir-Rabat; u l-Ġimgħa 28 ta’ Novembru, fl-10am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl-ewwel anniversarju mir-restawr tal-kappella taċ-ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata f’Raħal Ġdid.
Fl-aħħar tax-xahar, il-Ħadd 30 ta’ Novembru, fid-9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa, f’għeluq is-60 sena mit-twaqqif ta’ Din l-Art Ħelwa fil-Knisja tal-Vitorja fil-Belt Valletta.
//= $special ?>


 
  
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		