Sa tmiem Settembru 2025, il-Fond Konsolidat tal-Gvern irreġistra defiċit taʼ €253.1 miljun.
Meta mqabblin mas-sena taʼ qabel, id-dħul rikorrenti telaʼ bʼ169.6 miljun, filwaqt li n-nefqa sħiħa żdiedet bʼ€565.0 miljun. Iż-żieda fin-nefqa kienet akbar minn dik fid-dħul rikorrenti biex bʼhekk kien hemm bidla negattiva taʼ €395.4 miljun fil-Fond Konsolidat tal-Gvern.
L-akbar żieda fid-dħul ġiet mis-Sigurtà Soċjali (€119.0-il miljun), filwaqt li l-Programmi u Inizjattivi (€189.0 miljun) irrappurtaw l-akbar żieda fost il-kategoriji tan-nefqa.
Sa tmiem Settembru 2025, id-dejn kollu tal-Gvern Ċentrali kien jgħodd €11,110.2 miljun, €1,097.5 miljun aktar mill-istess xahar fl-2024.
L-imgħax fuq id-dejn pubbliku laħaq il-€221.5 miljun, żieda ta’ €27.2 miljun meta mqabbel ma’ sena qabel.
Fl-aħħar taʼ Settembru 2025, id-dejn tal-Gvern Ċentrali kien taʼ €11,110.2 miljun, żieda taʼ €1,097.5 miljun meta mqabbel mal-2024.
//= $special ?>


 
  
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		