Bormla Subbuteo Club komplew bis-serje ta’ suċċessi meta waslu sal-finali taċ-Champions League tal-Konfederazzjoni Ewropea tat-Table Football li saret f’Haversham Kent, fl- Ingilterra. Bormla Subbuteo Club tilfu 3 – 1 kontra Frat. Bari Reggio Emilia tal-Italja.
Din kienet l-għaxar darba li t-tim Taljan rebaħ dan it-titlu, filwaqt li għall-Bormla kienet l-ewwel darba li waslu sal-finali f’din il-kompetizzjoni prestiġjuża fejn ippartecipaw 190-il klabb mill-Italja, il-Belġju, l-Olanda, Franza, Spanja, il-Grecja u mir-Renju Unit flimkien ma’ Malta.
Bormla Subbuteo Club, li twaqqaf fl-2009, irnexxielu jtejjeb fuq il-ħames post miksub is-sena li għaddiet, wara 12-il parteċipazzjoni fil-kompetizzjoni. Sabiex waslu sal-finali Bormla Subbuteo Club rebħu l-ħames partiti li lagħbu:
3–1 kontra Tim B Hennuyer (Belġju)
4–0 kontra Issy/Boss (Franza)
3–0 kontra Bologna Tigers (Italja)
2–1 kontra Fiamme Azzurre Roma (Italja)
4–0 kontra Yorkshire Phoenix (Ingilterra)
Fil-kwarti tal-finali, Bormla rebħu 3–0 kontra Stembert (Belġju), filwaqt li fis-semifinali għelbu lil Valletta SC (Malta) bil-differenza ta’ żewġ gowls wara li l-logħba ntemmet 2–2 fejn għaddew għal finali.
Għal Bormla Subbuteo Club lagħbu: Charlie Aquilina, Jason Pisani, George Ebejer, Jean Carl Tabone, flimkien mal-plejers barranin Bessim Golger (Belġju) u David Bermudez Gonzalez (Spanja)
//= $special ?>


 
  
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		