Żewġt irġiel ta’ 38 u 51 sena ġew arrestati wara investigazzjonijiet b’rabta’ ma’ serqa u attentat ta’ serqa minn residenzi privati ta’ anzjani, fl-Imġarr u Ħal Għaxaq.
L-ewwel każ seħħ fid-19 ta’ Ottubru, f’residenza li tinsab fi Triq Sir Temi Zammit, l-Imġarr.
Mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li persuna jew persuni mhux magħrufa kienu sgassaw il-bieb
ta’ barra ta’ residenza u minnha kienu nsterqu madwar €18,000 fi flus kontanti.
It-tieni każ seħħ fis-26 ta’ Ottubru, meta l-Pulizija ġew infurmati li persuna sgassat bieb ta’ barra ta’ dar li tinsab fi Triq San Filippu, f’Ħal Għaxaq. Iżda għal xi raġuni, l-allegat ħalliel ħarab minn fuq il-post mingħajr ma laħaq daħal.
B’rabta ma’ dawn il-każijiet, ġew identifikati ż-żewġt irġiel li allegatament huma lnvoluti. Huma mistennija jitressqu l-Qorti llum, għall-ħabta tas-13:30hrs quddiem il-Maġistrat Marseann Farrugia.
//= $special ?>


 
  
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		