Organizzazzjonijiet umanitarjji u gvernijiet madwar id-dinja qegħdin isejħu għas-sapport għal dawk il-pajjiżi li ntlaqtu drastikament mill-urugan Melissa. Il-Programm Dinji tal-Ikel qal li qiegħed jikkollabora ma’ punti ta’ kuntatt f’pajjiżi msieħba biex tkun koordinata l-loġistika ħalli tintbagħat l-għajnuna neċessarja f’din l-emerġenza.
Melissa kienet l-akbar tempesta li laqtet il-Karibew f’dawn l-aħħar 174 sena u wieħed mill-akbar urugani fl-Atlantiku. L-urugan ħalla ħerba totali fil-Karibew bix-xita, riħ katastrofiku u valangi. Melissa kkawża għargħar li kisser sptarijiet, knejjes u djar.
Il-Prim Ministru tal-Ġamajka Andrew Holness, qal li mill-ewwel tnieda l-portal Support Jamaica, li jikkonsisti f’website li permezz tiegħu jiġu aċċettati wkoll donazzjonijiet monetarji. Min jixtieq jibgħat flus ikun qiegħed jgħin biex mill-ġdid jinbnew djar, jingħata sapport mediku, jikkontribwixxi għall-programmi ta’ fejqan ekonomiku u b’mod speċjali jgħin b’mod aktar immedjat f’din l-emerġenza.
Il-Ministru tal-Informazzjoni, Dana Morris Dixon qal li hemm komunitajiet sħaħ iżolati f’zoni minħabba d-devastazzjoni li ħolqu l-valangi, fejn l-art sfat litteralment miknusa. Dsatax-il persuna mietu fil-Ġamajka filwaqt li 30 mietu f’Haiti, barra n-nies feruti u dawk li għadhom ma nstabux.
Il-Gvern Ingliż se jibgħat 2.5 miljun sterlina bħala fond ta’ emeġenza umanitarja biex il-Karibew ikun jista’ jqum fuq siequ. Filwaqt li l-Istati Unti se jibgħat rispons tim għas-salvataġġ ta’ nies mejta jew feruti. Dan it-tim se jgħin biex jipprovdi ikel, ilma, mediċini, kits għall-iġene, kif ukoll shelters temporanji.
Madwar 15,000 persuna kienu qiegħdin joqogħdu f’aktar minn 120 shelters f’Haiti u f’Kuba. U aktar minn 3 miljun kienu esposti għall-kundizzjonijiet tal-biża’ matul l-urugan. Fortunatament 735,000 persuna kienu evakwati u b’hekk ġew salvati. S’issa ma kenux nies mejta reġistrati f’Kuba imma hemm madwar 240 komunitajiet iżolati minħabba zoni mgħarrqa kompletament u l-valangi.
//= $special ?>


 
  
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		