Clayton Castaldi, Miguel Amato, Johan Attard u Clint Azzopardi għaddew għas-semifinali tal-ewwel Tournament ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tan-Nazzjonijiet tal-blackball li se ssir f’Ġibiltà.
Clint Azzopardi kiseb l-ikbar rebħa wara skor ta’ 8-1 kontra Glenn Axiaq filwaqt li Miguel Amato u Clayton Castaldi kisbu punteġġ identiku ta’ 8-2 kontra Gabriel Vella u Miguel Mizzi rispettivament.
Iċ-champion ta’ Malta Johan Attard kompla bis-serje pożittiva meta għeleb lil Wayne Pace 8-4.
Issa jintlgħabu s-semifinali fejn Miguel Amato jilgħab kontra Clayton Castaldi filwaqt li Johan Attard jilgħab kontra Clint Azzopardi. Il-finali ta’ dan l-ewwel Tournament ta’ kwalifikazzjoni se ssir fit-3 ta’ Novembru li ġej.
Mill-kategorija ta’ ‘l fuq minn 40 sena Lee Grima u Johan Grixti irreġistraw skor identiku ta’ 8-3 kontra Stephen Falzon u Philip Farrugia. Logħba bbilancjata kienet bejn Rudolph Gellel u Jesmond Schembri b’dan tal-aħħar jirbaħ 8-7. Stephen Mangion rebaħ 8-4 kontra Shawn Galea.
Fis-semifinali, Lee Grima jilgħab kontra Jesmond Schembri filwaqt li Johan Grixi kontra Stephen Mangion. Il-finali tintlgħab fit-3 ta’ Novembru .
//= $special ?>


 
  
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		