Lokali

Żagħżugħ Indjan imut wara li waqa’ minn blokka ta’ appartamenti f’San Ġwann

Il-Pulizija qiegħda tinvestiga l-mewt ta’ Indjan ta’ 28 sena, residenti San Ġwann, li nstab mixħut mal-art bla ħajja fit-triq quddiem blokka ta’ appartamenti fejn jgħix.

Kienu għall-ħabta ta’ nofsilejl neqsin kwart x’ħin il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq Sant’Antnin, San Ġwann. U minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li l-vittma seta’ waqa’ minn għoli.

Bil-każ kien infurmat il-Maġistrat Philip Galea Farrugia li ħatar inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.