Arsenal komplew jiddominaw fil-Premier League b’rebħa komda ta’ 2-0 fuq Burnley. B’hekk Arsenal għamluhom tmien rebħiet infila fil-kompetizzjonijiet kollha u l-ħames waħda konsekuttiva fil-Premier Leagu, fejn għal darb’oħra żammew clean sheet. Huma fetħu vantaġġ ta’ seba’ punti f’ras il-klassifika.
Arsenal fetħu l-iskor fl-14-il minuta, meta għat-tmien darba dan l-istaġun, minn corner kien Gabriel Magalhaes li niżżel lejn Viktor Gyokeres li mill-viċin xeħet bir-ras fix-xibka għal 1-0. Fil-35 minuta Arsenal irduppjaw il-vantaġġ tagħhom tagħhom meta din id-darba minn kontrattakk veloċi kien Leandro Trossard li minn cross mix-xellu sab lil Declan Rice li bir-ras xeħet fir-rokna tax-xibka għall-riżultat finali ta’ 2-0.
Wara tliet rebħiet konsekuttivi, draw ta’ 2-2 bejn Nottinham Forest u Manchester United, waqqaf is-serje ta’ rebħ tar-Red Devils, minkejja li baqgħu mhux megħluba f’erba’ partiti. Fl-34 minuta Man Utd fetħu l-iskor permezz ta’ Casemiro. Nottingam Forest kisbu d-draw fit-48 minuta minn Morgan Gibbs White qabel kie Nicolo Savona li poġġa’ lil Forest fil-vantaġġ. Biex fil-81 minuta kien Amad Diallo li kiseb il-gowl tad-draw.
Fid-derby bejn Tottenham Hotspurs u Chelsea kienu il-Blues li ħarġu rebbieħa bi skor minimu ta’ 1-0. Il-gowl uniku tal-partita wasal fl-34 minuta permezz ta’ Joao Pedro.
Riżultati: Brighton v Leeds 3-0, Burnley v Arsenal 0-2, C’Palace v Brentford 2-0, Fulham v Wolves 3-0, Nott Forest v Man Utd 2-2, Tottenham v Chelsea 0-1, Liverpool v Aston Villa rard.
//= $special ?>

