Birkirkara …………….. 0
Ħamrun Spartans …. 2
Birkirkara: A.Martinez, I.Morello, M.Cordova, K.Reid, S.Dimech, K.Zammit, A.Abubakar, L.Lacunza, D.Maydana, S.Makoma, L.Ribeiro
Ħamrun S: H.Bonello, R.Petrilio, N.Garcia, M.Thioune, V.Polito, S.Smajlagic, A.Coric, O.Bjelicic, M.El Fanis, E.Marcelina, R.Camenzuli
Referee: S.Petrovic
Assistenti Referees: L.Portelli, K.Saliba
Fit-Tony Bezzina Stadium Ħamrun Spartans għelbu lil Birkirkara bl-iskor ta’ 2-0 biex aċċertaw ruħhom mit-tielet post fi tmiem l-opening round tal-League Phase. Birkirkara, minkejja t-telfa wkoll għamluha mal-ewwel sitta’, askapitu ta’ Hibernians. Ħamrun marru fil-vantaġġ wara 12-il minuta meta x-xutt ta’ Ryan CamenzulI ħabat mal-lasta, ħabat ma’ Marcelina u spiċċa fix-xibka għal 1-0. Ħamrun irduppjaw fl-24 minuta meta mill-ħdax-il metru kien Semir Smajlagic li ma żballjax għal 2-0.
Hibernians ……………. 2
Marsaxlokk ………….. 2
Hibernians: H.Sacco, H.Silas, L.Villela, B.Kristensen, D.Xuereb, P.Alves, C.Padilha Mendonca, A.Cacho, H.Nunes Silva, M.Lima Duarte, C.Silva
Marsaxlokk: C.Mafoumbi, O.El Hasni, E.Pepe, N.Muscat, N.Portelli, T.Hama, U.Arias, J.Corbolan, A.Soares, J.Minala, L.Aguirre
Referee: A.Johnson
Assistenti Referees: J.Muscat, S.Calleja
Fil-Victor Tedesco Stadium riżultat ta’ draw ta’ 2-2 bejn Hibernians u Marsaxlokk, liema riżultat kellu impatt differenti għaż-żewġ timijiet. Filwaqt li Marsaxlokk temmew l-ewwel round fil-ħames post bi 18-il punt, kienu Hibernians li, bir-riżultati tas-Sibt, ma rnexxilhomx jagħmluha mal-ewwel sitta’ u temmew fis-seba’ post bi 15-il punt.
Kienu Hibernians li ħadu vantaġġ doppju fil-25 u t-28 minuta rispettivament peremzz ta’ doppjetta ta’ Lucas Villela Iapert. Rimonta minn Marsaxlokk meta fis-70 minuta kien Augusto Pedro Cacho li naqqas id-distakk, biex fit-80 minuta kien Fred Tasoumou Hama li kiseb il-gowl tad-draw għal 2-2.
Floriana ………………. 2
Sliema Wanderers … 2
Floriana: G.Cioletti, L.Dessypris, J.Grech, F.Nicholas, Z.Scerri, O.Spiteri, K.M’Mombwa, G.Gamarra, I.Mendonca, M.Veselji, R.Manuel Linhares
Sliema W: R.Al Tumi, J.Borg, N.Frendo, M.Beerman, R.Prsa, G.Alcino, M.Bah, B.Diarra, T.Espindola, J.Fernando Gomes, M.Baggio
Referee: G.Tonna
Assistenti Referee: J.Spiteri, M.Ciantar
Fis-Centenary Stadium draw ukoll ta’ 2-2 bejn ir-rivali antiki, Floriana u Sliema Wanderers, fl-Old Firm Derby. Jake Grech poġġa’ lil Floriana fil-vantaġġ wara kwarta logħob b’Mamadu Bah jikseb id-draw fl-40 minuta. Mill-ġdid, Floriana marru fil-vantaġġ fil-71 mintua qabel kien Miguel Baggio li kiseb id-draw għal Sliema.
//= $special ?>

