Sport Sport Ieħor

Ibburdjar, bodybuilding u squash fir-raba’ programm ta’ SportExtra

Nhar il-Ħadd 2 ta’ Novembru fuq NET Television mill-5.00 pm ‘l quddiem jixxandar ir-raba’ programm SPORT EXTRA bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli. Fl-ewwel parti tal-programm enfażi dwar is-46 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race.

Mistiedna MARK NAPIER – Commodore tar-Royal Malta Yacht Club u MARTIN AZZOPARDI – Race Officer għall-edizzjoni ta’ din is-sena. Fit-tieni parti tal-programm, mistieden RALPH DECELIS , President tal-IFBB Malta b’dettalji dwar il-Kampjonati tal-Mediterran tal-Fitness u Bodybuilding li għandhom isiru bejn is-7 u 9 ta’ Novembru flimkien ma’edizzjoni oħra tal-Malta Grand Prix.

Fit-tieni parti mistieden wkoll NIALL ENGERER , uffiċjal fi ħdan Squash Malta b’riferenza dwar il-coaching clinic li se tkun organizzata f’Malta bejn is-17 u l-20 ta’ Novembru fejn għandhom jattendu wkoll James Willstrop u Laura Massaro tnejn mill-aqwa squash plejers ta’ kull żmien.

SPORT EXTRA għandu lil Andreas Borg bħala responsabbli mill-muntaġġi u filmati minn Bernie Dimech u Ramon Farrugia.