Protesti madwar is-Serbja għadhom għaddejjin sena wara li kanupew tal-konkos waqa’ fuq stazzjon tal-ferroviji f’Novi Sad u qatel 16-il persuna, f’dak li l-protestanti sejħu bħala każ ta’ amministrazzjoni ħażina u korruzzjoni gravi.
Eluf ta’ studenti u avversarji tal-President Serb attwali Aleksandar Vučić inġabru fil-belt ta’ Novi Sad biex jagħmlu dimostrazzjoni kommemorattiva li tfakkar sena mill-inċident traġiku.
Hekk kif eluf ta’ protestanti qed jaslu f’Novi Sad minn madwar is-Serbja kollha, Vučić hedded arresti fuq skala kbira jekk id-dimonstranti jirrikorru għall-vjolenza, u żied jgħid li s-segwaċi tiegħu qed jippjanaw rally ferm akbar fil-belt aktar tard f’Novembru.
//= $special ?>

