Internazzjonali

Il-President tat-Tanżanija terġa tiġi eletta President

Il-President ta-Tanżanija Samia Suluhu Hassan ġiet iddikjarata rebbieħa fl-elezzjoni presidenzjali tat-Tanżanija, u assigurat terminu ieħor fil-kariga fost ġranet ta’ inkwiet madwar il-pajjiż.

Skont il-kummissjoni elettorali, Samia rebħet 98% tal-voti, u kważi kisbet il-maġġoranza mill-32 miljun vot mitfugħ fl-elezzjoni ta nhar il-Erbgħa.

Osservaturi internazzjonali esprimew tħassib dwar in-nuqqas ta’ trasparenza u protesti fil-pajjiż allegatament ħallew mijiet ta’ nies mejta u oħrajn midruba.

Il-protesti komplew nhar il-Ġimgħa, hekk kif dimostranti fil-belt ta’ Dar es Salaam u f’ibliet oħra ħarġu fit-toroq, qerdu l-posters ta’ Samia u attakkaw lill-pulizija u lill-istazzjonijiet tal-votazzjoni.

Id-dimostrazzjonijiet tmexxew minn żgħażagħ li kkundannaw l-elezzjoni bħala waħda inġusta hekk kif qed jakkuzaw lill-gvern li qed idgħajjef id-demokrazija billi jrażżan lill-mexxejja ewlenin tal-oppożizzjoni.