Għawdex Lokali

Inċident wassal għal nuqqas t’aċċess għall-Gozo Channel

Ritratt: Talk News

Minħabba inċident li wassal għall-għeluq tal-aċċess tal-Gozo Channel, Għawdex kien inaċċessibbli għal xi ħin

F’dan l-inċident inqelbu xi xkejjer minn trailer.

Għadd ta’ persuni fuq il-media soċjali sostnew li dan qed jenfasizza l-ħtieġa ‘mingħajr aktar dewmien għal port alternattiv u investiment f’infrastruttura aħjar, inkluż port ikbar fl-Imġarr. Dan sabiex f’każ ta’ emerġenzi simili l-gżira ma tiġix paralizzata.