Budget 2026 Lokali

It-Tnejn issir ir-replika mill-Kap tal-Oppożizzjoni

Nhar it-Tnejn li ġej, fil-Parlament, issir ir-replika għall-Budget mill-Kap tal-PN Alex Borg.

Dan id-diskors importanti se jixxandar LIVE fuq Net Television, u jibda fis-6:30pm. Matulu, Alex Borg mistenni jitkellem mhux biss dwar dak li ġie preżentat fil-Budget nhar it-Tnejn li għadda, iżda se jwassal ukoll il-viżjoni tiegħu għall-pajjiżna.

Din hi l-ewwel okkażjoni għal Alex Borg li jwassal ir-replika tiegħu għall-Budget preżentat mill-Gvern.

Qabel id-diskors, għall-ħabta tal-4:30pm, se jkun qed jixxandar programm speċjali fuq Net Television.

Imbgħad, il-programm ikompli wara li ssir il-konferenza tal-aħbarijiet minn naħa tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista.