Il-forzi Iżraeljani wettqu sensiela ta’ attakki matul il-lejl li għadda fil-Medda ta Gaza, minkejja l-waqfien mill-ġlied li għadu għaddej.
Dawn jinkludu attakki mill-ajru f’Khan Younis, kif ukoll splużjonijiet lejn djar residenzjali qrib il-lvant tal-Belt ta’ Gaza.
S’issa ma ġew irrappurtati l-ebda vittmi minn dawn l-attakki, iżda fl-aħħar 24 siegħa l-Iżraeljani qatlu 5 persuni filwaqt li nstabu l-katavri ta’ 17-il Palestinjan.
Minn meta beda l-waqfien mill-ġlied fil-11 ta’ Ottubru, mill-inqas 226 Palestinjan inqatlu f’attakki Iżraeljani fuq Gaza, filwaqt li ndabru 594 Palestinjan.
L-Iżrael komplew ukoll bl-attakki tagħhom fuq in-nofsinhar tal-Lebanon, fejn ħadu responsabbilita’ għall-attakk fuq iz-zona ta’ Nabatieh u qalu li qatlu membru tal-Hezbollah.
//= $special ?>

