Futbol Sport

Napoli miżmuma fi draw minn Como

F’darhom Napoli kienu miżmuma fi draw ta’ 0-0 minn Como. B’dan id-draw Napoli issa ġew punt wieħed aktar minn Roma f’ras il-klassifika b’21 punt, b’Roma jkunu fl-azzjoni għada kontra Milan. Intant, Como telgħu fis-sitt post bi 17-il punt.

Intant f’partita oħra Udinese għelbu lil Atalanta bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl uniku tal-partita wasal ħames minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima permezz ta’ Nicolo Zaniolo.

Riżultati: Udinese v Atalanta 1-0, Napoli v Como 1907 0-0