Fis-Serie A, ġurnata mimilija logħob u riżultati differenti.
Inter kellhom jistennew sal-aħħar sekondi tal-partita biex kisbu t-tlett punti kontra Hellas Verona fi Stadio Bentengodi. L-iskor finali kien dak ta’ 2-1.
Minkejja li n-Nerazzuri kienu superjuri matul il-partita, Hellas Verona rnexxielhom iżommu lill-avversarji sew u kemm il-darba jirrispondu bil-kontrattakk.
Inter ħadu l-vantaġġ wara 16-il minuta meta Piotr Zielinski jixħet ġewwa wara 16-il minuta logħob b’xutt mill-ibsaħ minn tarf il-kaxxa minn korner mogħti minn Hakan Calhanoglu.
Giovane Nascimento jiskorja l-gowl tad-draw fl-40 mimuta minn assist ta’ Orban
Fit-93 minuta, Inter isibu l-gowl tar-rebħa minn auto-gowl ta’ Martin Frese.
Lecce komplew ikabbru l-problemi kbar ta’ Fiorentina, fejn il-Viola għadhom ifittxu l-ewwel rebħa f’għaxar partiti wara t-telfa diżappuntanti kontra Lecce.
Kien il-gowl ta’ Medon Berisha fit-23 minuta li ppremja lil Lecce bit-tieni rebħa tal-istaġun.
Minkejja li għadhom bla rebħa, Pisa inqalgħu miż-żona ‘l ħamra permezz tal-punt missielet li kisbu kontra Torino.
Stefano Moreo jiskorja żewġ gowls għal Pisa fit-13 u fit-23-il minuta.
Torino jiskorjaw gowls tard fit-tieni taqsima permezz ta’ Giovanni Simeone u Che Adams.
Il-kowċ ta’ Torino, Marco Baroni ntwera karta ħamra diretta fil-45 minuta.
Minkejja l-gowl wara 19-il sekonda biss ta’ Adrian Bernabe, Parma ma rnexxielhomx jegħlbu lil Bologna, hekk kif l-avversarji ħadu vantaġġ tal-karta ħamra li qalgħa Ordonez għal Parma biex rebħu l-partita bl-iskor ta’ 3-1.
Santiago Castro jillivela l-iskor fis-17-il minuta, biex fit-68 minuta l-istess Castro jagħti l-vantaġġ għall-ewwel darba lil Bologna.
Id-difensur laterali Juan Miranda jiskorja lejn it-tmiem biex jagħmilhom 3-1.
Milan komplew jitfgħu l-pressjoni fuq Napoli bir-rebħa minima, iżda kruċjali li kisbu fuq Roma f’ San Siro. L-iskor finali kien il-klassiku 1-0 ta’ Massimiliano Allegri, dali huwa magħruf bħala ‘Corto Muso’, gowl fl-ewwel taqsima, u Milan jassorbu l-pressjoni tla-logħob offensiv ta’ Gasperini u jattakkaw bil-kontrattakk.
Id-difensur Strahinja Pavolovic fetaħ l-iskor wara 39 minuta minn suġġeriment ta’ Leao.
Paulo Dybala kellu ċ-ċans li jagħmel l-iskor indaqs fit-82 minuta pero l-Arġentin ma rnexxielux jikkonverti l-penalty tiegħu.
//= $special ?>

