Budget 2026 Lokali

“Il-Budget ma joffrix soluzzjonijiet” – Jerome Caruana Cilia

Dan il-budget ma joffrix is-soluzzjonijiet u d-direzzjoni li l-pajjiż għandu bżonn.

Dan kien l-argument ewlieni li għamel ix-Shadow Minister tal-Ekonomija u l-Intrapriża Jerome Caruana Cilia waqt il-programm attwalità fuq RTK 103.

Dan filwaqt li għamel referenza wkoll għal kif investiment fi skejjel ġodda ma semma mkien, minkejja li d-dejn tal-pajjiż qed ikompli jisplodi.

Caruana Cilia tenna li l-budget ippreżenta numru ta’ miżuri tajbin, il-poplu Malti u Għawdxi però, xorta ma ingħatax soluzzjoni għal problema tat-traffiku… problema li wara kollox qed tħalli lil poplu b’inqas ħin liberu.

Intant, waqt dan il-programm, David Xuereb f’isem l-MCESD, stqarr li t-tibdil fil-klima taf tħalli impatt fuq it-turiżmu ta’ pajjiżna għalhekk il-Gvern seta’ beda jindirizza din il-problema fil-budget.