Knisja Lokali

Il-knisja tfakkar l-Għid tal-Erwieħ

Ta’ kull sena fit-tieni jum ta’ Novembru, il-Knisja Kattolika tfakkar il-memorja ta’ dawk kollha li jkunu ħallewna – ċelebrazzjoni li tfakkret b’quddiesa li mexxa l-Arċisqof Charles Scicluna fil-knisja tal-Lunzjata f’Ħal Balzan.

It-2 ta’ Novembru sa mill-imgħoddi kien magħruf bħala l-Għid tal-Imwiet jew tal-Erwieħ.

U f’dan ix-xahar iċ-ċimiterji jkunu mimlijin bi qraba ta’ dawk li m’għadhomx magħna.

Matul is-sekli, li turi r-rispett lill-qraba li ma għadhomx magħna kienet xi ħaġa li niżlet minn ġenerazzjoni għal oħra skont it-twemmin nisrani. Iżda anki fil-kulturi primittivi li huma ’l bogħod mill-Kristjaneżmu… dan kien iseħħ.

F’Malta, dan ir-rispett hu evidenti anke fl-Ipoġew ta’ żmien it-tempji preistoriċi, kif ukoll fin-numru kbir ta’ katakombi tal-epoka Rumana.

Fl-imgħoddi, f’din il-ġurnata l-qassis kien iqaddes tliet quddisiet – waħda kienet tkun offruta għall-erwieħ, oħra għall-bżonnijiet tal-Papa u oħra għas-saċerdot innifsu.

Drawwa illi jidher li kienet iddaħħlet f’Malta minn Spanja.